Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2012 - Eckes-Granini vs UASI - Panini (PANINI)

(Kawża T-487/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Panini SpA (Modena, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 2393/2011-2, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "PANINI", għal prodotti fil-klassi 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8721987

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 121780 tat-trade mark verbali "GRANINI", għal, inter alia, prodotti fil-klassi 32, ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30315871 tat-trade mark verbali "GRANINI" għal, inter alia, prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________