Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 – von Storch et vs BĊE

(Kawża T-492/12) 1

(“Rikors għal annullament – Deċiżjonijiet adottati mill-BĊE – Speċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet monetarji f’titoli tal-Eurosistema – Miżuri intiżi għaż-żamma tad-disponibbiltà tal-garanziji – Miżuri temporanji li jirrigwardaw tranżazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-garanziji – Assenza ta’ effett dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sven A. von Storch (Berlin, il-Ġermanja) u l-5216-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: M. Kerber u B. von Storch, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Kroppenstedt u G. Gruber, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament, b’mod prinċipali, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tas-6 ta’ Settembru 2012, dwar ċertu numru ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet monetarji f’titoli tal-Eurosistema fis-swieq sekondarji tad-dejn sovran, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tas-6 ta’ Settembru 2012, li tadotta miżuri supplementari intiżi għaż-żamma tad-disponibbiltà tal-garanziji sabiex jinżamm l-aċċess tal-kontropartijiet għat-tranżazzjonijiet li jipprovdu likwidità tal-Eurosistema, u, sussidjarjament, tal-Linja Gwida tal-BĊE 2012/641/UE, tal-10 ta’ Ottubru 2012, li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/23) (ĠU L 284, p. 14).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Sven von Storch u l-5216-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għal dan id-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).