Language of document : ECLI:EU:T:2014:807





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Settembru 2014 –Sanofi vs OHMI – GP Pharm (GEPRAL)

(Kawża T‑493/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark verbali GEPRAL – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DELPRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 26, 37)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali GEPRAL u DELPRAL (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 35, 40)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti – Prodotti farmaċewtiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 22, 24)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.