Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Settembru 2021 – QT vs 02 Czech Republic a. s.

(Kawża C-574/21)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QT

Konvenut: 02 Czech Republic a. s.

Domandi preliminari

L-espressjoni “kommissjoni mitlufa mill-aġent kummerċjali” fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE 1 tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi wkoll tali kommissjoni, kommissjoni għall-konklużjoni ta’ kuntratti li l-aġent kummerċjali kien jikkonkludi, li kieku l-kuntratt ta’ aġenzija ma ġiex xolt, mal-klijenti li huwa jkun sab għall-individwu rrappreżentat jew li magħhom żied b’mod sinjifikattiv id-dħul mill-bejgħ kummerċjali?

Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet din il-konklużjoni tirreferi anki għall-hekk imsejħa kommissjonijiet ta’ darba għall-konklużjoni ta’ kuntratt?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.