Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Lehliu-Gară - ir-Rumanija) – Proċeduri kriminali kontra KN, LY, OC, DW

(Kawża C-230/22 1 , Vlad Magic)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tar-rabta bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Preċiżazzjonijiet insuffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Lehliu-Gară

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

KN, LY, OC, DW

fil-preżenza ta’: SC Vlad Magic SRL, fi stralċ, SC Cometal Instal Construct,

Unitatea Administrativ Teritorială a Comunei Sărulești

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Lehliu-Gară (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Lehliu-Gară, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Diċembru 2021, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C 368, 26.9.2022.