Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Jannar 2013 - Fercal - Consultadoria e Serviços vs UASI - Jacson of Scandinavia (JACKSON SHOES)

(Kawża T-474/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali JACKSON SHOES - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti JACSON OF SCANDINAVIA AB - Raġuni relattiva għal rifjut - Raġuni relattiva ta' invalidità - Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fercal - Consultadoria e Serviços, Lda (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: A. Rodrigues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jacson of Scandinavia AB (Vollsjö, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Awwissu 2009 (Każ R 1253/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Jacson of Scandinavia AB u Fercal - Consultadoria e Serviços, Lda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fercal - Consultadoria e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 63, 13.03.2010