Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stralsund (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2016 – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

(Kawża C-29/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stralsund

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HanseYachts AG

Konvenuti: Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

Domanda preliminari

Fejn id-dritt proċedurali ta’ Stat Membru jipprevedi proċedura awtonoma għal ġbir ta’ provi li fiha, fuq ordni tal-qorti, jinkiseb rapport ta’ espert (f’dan il-każ l-“expertise judiciaire” tad-dritt Franċiż), u fejn din il-proċedura awtonoma għal ġbir ta’ provi titmexxa f’dan l-Istat Membru u azzjoni legali bbażata fuq ir-riżultati ta’ din il-proċedura awtonoma titressaq sussegwentement fl-istess Stat Membru bejn l-istess partijiet:

F’dan il-każ, l-att li bih inbdiet il-proċedura awtonoma għal ġbir ta’ provi għandu jitqies li huwa “dokument li jiftaħ il-proċedimenti jew dokument ekwivalenti” fis-sens tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001? 1 Jew huwa biss l-att li permezz tiegħu titressaq azzjoni legali li għandu jitqies li huwa “dokument li jiftaħ il-proċedimenti jew dokument ekwivalenti”?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).