Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stralsund – il-Ġermanja) – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

(Kawża C-29/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Artikolu 27 – Lis alibi pendens – Qorti adita l-ewwel – Artikolu 30(1) – Kunċett ta’ ‘att promotur’ jew ta’ ‘att ekwivalenti’ – Rikors għall-finijiet ta’ perizja ġudizzjarja għaż-żamma jew l-istabbiliment tal-prova tal-fatti li jistgħu jkunu l-bażi ta’ azzjoni legali ulterjuri qabel ma tkun inbdiet l-ebda kawża)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stralsund

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HanseYachts AG

Konvenuti: Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ ta’ lis alibi pendens, id-data li fiha tressqet proċedura intiża biex tinkiseb miżura istruttorja qabel kull kawża ma tistax tikkostitwixxi d-data li fiha “hija meqjusa bħala invokat [adita]”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 30(1), qorti msejħa biex tiddeċiedi dwar talba fil-mertu li tressqet fl-istess Stat Membru wara r-riżultat ta’ din il-miżura.

____________

1 ĠU C 136, 18.04.2016.