Language of document : ECLI:EU:T:2010:541





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Baena Grupo vs UASI – Neuman u Galdeano del Sel (Figura bilqegħda)

(Kawża T-513/09)

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti – Raġuni għal invalidità – Karattru individwali – Impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

Disinni Komunitarji - Raġunijiet ta’ invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Paragun bejn l-impressjoni globali prodotta mid-disinn ikkontestat u dik prodotta mid-disinn preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 21-26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008 3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel, minn naħa, u José Manuel Baena Grupo, SA, min-naħa l-oħra.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 000426895-0002 għall-prodotti segwenti: “ornamentazzjoni għal T-shirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, li jinkludi materjal ta’ reklamar”

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju:

José Manuel Baena Grupo, SA

Partijiet li qed jitolbu l-invalidità tad-disinn Komunitarju:

Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

Trade mark jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark Komunitarja figurattiva Nru 1312651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tad-Dipartiment “Disinni”:

Rikors milqugħ u invalidità tad-disinn ikkonstatata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni appellata annullata u, fuq il-bażi tas-setgħa mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, deċiżjoni tal-każ meħuda fuq il-mertu u dikjarazzjoni dwar l-invalidità tad-disinn Komunitarju kkonstatata


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI), tal-4 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ José Manuel Baena Grupo, SA. MM. Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel.