Language of document : ECLI:EU:T:2008:575





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Navisa Industrial Vinícola Española (MANSO DE VELASCO)

(Kawża T-259/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali MANSO DE VELASCO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VELASCO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 73)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 865/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Navisa Industrial Vinícola Española, SA u Miguel Torres, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Miguel Torres, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali MANSO DE VELASCO għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni Nru 2261527

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Navisa Industrial Vinícola Española, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Spanjola VELASCO għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.