Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 - Neoperl Servisys vs UASI (HONEYCOMB)

(Kawża T-256/06)1

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HONEYCOMB - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Neoperl Servissys AG (Reinach, l-Iżvizzera) (rappreżentant: H. Börjes-Pestalozza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Lulju 2006 (Każ R 1388/2005-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HONEYCOMB bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Neoperl Servisys AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006.