Language of document : ECLI:EU:T:2008:475





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Novembru 2008 – Neoperl Servisys vs UASI (HONEYCOMB)

(Kawża T-256/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HONEYCOMB – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 29-33, 39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Lulju 2006 (Każ R 1388/2005-4) dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HONEYCOMB bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Neoperl Servisys AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali HONEYCOMB għal prodotti fil-klassi 11 – Applikazzjoni Nru 2906139

Deċiżjoni tal-Eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neoperl Servisys AG hija kkundannata għall-ispejjeż.