Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 - Torres vs UASI - Navisa Industrial Vinícola Española (MANSO DE VELASCO)

(Kawża T-259/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali MANSO DE VELASCO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VELASCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Navisa Industrial Vinícola Española, SA (Montilla, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Ġunju 2006 (Każ R 865/2005-1) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Navisa Industrial Vinícola Española, SA u Miguel Torres, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 29, 2.12.2006