Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2014 – Saremar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Saremar – Sardegna Regionale Marittima SpA (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

–    tannulla, totalment u parzjalment, id-deċiżjoni kkontestata sa fejn:

–    ikklassifikat il-kumpens imħallas għas-servizz pubbliku skont il-liġi reġjonali Nru 15, tas-7 ta’ Awwissu 2012, u l-kontribuzzjoni ta’ kapital approvat mil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Saremar fil-15 ta’ Ġunju 2012 bħala għajnuna mill-Istat;

–    ikkunsidrat li dawn il-miżuri kienu inkompatibbli mas-suq intern, u ordnat l-irkupru tagħhom;

–    tiddikjara, skont l-Artikolu 277 TFUE, illegali u inapplikabbli l-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni 2012/21/UE u l-punt 9 tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011); –    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-219/14, Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni.