Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2014 – Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe)

(Kawża T-222/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Deluxe Laboratories, Inc. (Burbank, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 1250/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “deluxe” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 39, 40, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 253 044Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi, tad-drittijiet miksuba u tal-legalità tal-atti Komunitarji.