Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2014 – Ewald Dörken vs UASI – Schürmann (VENT ROLL)

(Kawża T-223/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ewald Dörken AG (Herdecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolfram Schürmann (Neuhausen, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 2156/2012-4, u temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

sussegwentement, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 2156/2012-4 għall-prodotti fil-klassi 6: “Materjal tal-metall għall-bini”, kif ukoll fil-klassi 17: “materjal sintetiku tal-kisi”, u temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda fir-rigward ta’ dawn il-prodotti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “VENT ROLL” għal prodotti fil-klassijiet 6, 17 u 19 – Trade mark Komunitarja Nru 3 817 491

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Wolfram SchürmannMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, mala fide skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll raġuni relattiva għal invalidità dwar ir-reġistrazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni tat-trade mark ta’ aġent, fis-sens tal-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-Artikolu 52(1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 52(1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artik

olu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 40(3) tar-Regolament Nru 2868/95;ksur tal-Artikoli 76 u 78 tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regoli 37(b)(iv) u 57 tar-Regolament Nru 2868/95;ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 37(a)(iii) tar-Regolament Nru 2868/95 u l-Artikolu 83 tar-Regola Nru 2047/2009;ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Re

gola 37(a)(iii) u (b)(i) tar-Regolament Nru 2868/95.