Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-224/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent;

tiddeċiedi li bħala konsegwenza tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent jitqies li qatt ma tniżżel fil-lista ta’ persuni koperti mill-iffriżar ta’ fondi u li ebda att jew deċiżjoni tal-Kunsill ma jista jsemmi ismu bħala s-suġġett ta’ miżuri għal iffriżar ta’ fondi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent li għandhom jiġu ffissati b’mod ekwu, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-partijiet u tal-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-ġestjoni ta’ tali każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-Deċiżjoni 2014/49/PESK  , sa fejn din hija bbażat fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK  u sa fejn, fi kwalunke każ, id-Deċiżjoni 2011/72/PESK, li tikkostitwixxi l-bażi legali tagħha, ma tkun konformi mad-dritt Ewropew li jirregola s-sanzjonijiet immirati.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha.

____________

____________

1 Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċe