Language of document : ECLI:EU:T:2015:585





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 –
iNET24 Holding vs UASI (IDIRECT24)

(Kawża T‑225/14)

“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali IDIRECT24 – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 20)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Portata – Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 23)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 43-45)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 46, 47)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Slogan li jagħti messaġġ oġġettiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 48)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali IDIRECT24 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 51, 75)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir‑rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 66, 67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2014 (Każ R 1867/2013‑5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali IDIRECT24.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

iNET24 Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż.