Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-224/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Proroga – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Żball ta’ fatt – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CW (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2014, L 28, p. 38) sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 351, 6.10.2014