Language of document : ECLI:EU:T:2016:375





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑224/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Proroga – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Żball ta’ fatt – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Deċiżjoni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Artikolu 29 TUE – Ammissabbiltà (Artikoli 21 TUE, 23 TUE, 24(1) TUE, 25 TUE, 28 TUE u 29 TUE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 64, 66, 67, 76)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Artikolu 215(2) TFUE – Ammissibbiltà (Artikoli 215(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011) (ara l-punti 68, 77)

3.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi – Kunċett – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi – Interpretazzjoni wiesgħa (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 84, 89-92, 96)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika – Effett utli (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 86-88, 100, 118, 120, 127, 129, 132, 133)

5.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika sistematikament il-provi prodotti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK u 2014/49/PESK) (ara l-punti 137-139, 149-151, 156-158)

6.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza [Artikolu 21(2)(b) u (d) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17(1) u 52(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK u 2014/49/PESK] (ara l-punti 167-173, 178, 179, 188, 189, 192, 193)

7.                     Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett (ara l-punt 198)

8.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 211)

9.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 219)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2014, L 28, p. 38) sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.