Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2010 - L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea u EPSO
(Kawża T-248/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla l-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 - Amministraturi (AD 5) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Marzu 2010, Numru C 64 A.
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk tal-Kawża T-218/09 Italja vs Il-Kummissjoni
1.
____________1 - ĠU C 180, 01.08.09, p. 59.