Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Roma - l-Italja) – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

(Kawża C-378/15)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 77/388/KEE – Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) – Kamp ta’ applikazzjoni – Applikazzjoni ta’ proporzjon ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi kollha użati minn persuna taxxabbli – Tranżazzjonijiet anċillari – Użu tad-dħul mill-bejgħ bħala indizzju)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mercedes Benz Italia SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

Dispożittiv

Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq persuna taxxabbli:

li tapplika għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minnha proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq in-natura u d-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed mill-oġġetti u mis-servizzi akkwistati u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet intaxxati u mhux intaxxati; u

li tirreferi għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika t-tranżazzjonijiet li jikklassifikaw bħala “anċillari”, sakemm l-evalwazzjoni magħmula għal dan il-għan tieħu wkoll inkunsiderazzjoni r-relazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mal-attivitajiet taxxabbli ta’ din il-persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, l-użu li huma jagħmlu tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom hija dovuta t-taxxa fuq il-valur miżjud.

____________

1  ĠU C 337, 12.10.2015.