Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Frar 2012 - AJD Tuna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-329/08) 

["Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn - Iffissar tat-TAC għas-sena 2008 - Att ta' portata ġenerali - Nuqqas ta' effett individwali - Inammissibbiltà"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: AJD Tuna Ltd (San Pawl il-Baħar, Malta) (rappreżentanti: J. Refalo, R. Mastroianni u M. Annoni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

AJD Tuna Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.