Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Jannar 2010 - REWE-Zentral vs UASI - Grupo Corporativo Teype (Solfrutta)

(Kawża T-331/08) 1

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja verbali Solfrutta - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FRUTISOL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009])

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grupo Corporativo Teype, SL (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Mejju 2008 (Każ R 1679/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Grupo Corporativo Teype, SL u REWE-Zentral AG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Mejju 2008 (Każ R 1679/2007-2), hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 206, 11.10.2008.