Language of document : ECLI:EU:T:2008:206





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2008 – FMC Chemical vs EFSA

(Kawża T-312/06)

“Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Direttiva 91/414/KEE – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 451/2000, Artikolu 8(7); Direttiva tal-Kunsill Nru 91/414) (ara l-punti 43-44, 49-50)

2.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità - Natura inċidentali - Rikors prinċipali inammissibbli (Artikolu 241 KE) (ara l-punti 71-72)

3.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)) (ara l-punti 77-79, 81-82)

4.                     Proċedura - Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura - Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 64(3)(d)(4)) (ara l-punti 86-88)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-opinjoni tal-EFSA, tat-28 ta’ Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva carbosuflan skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FMC Chemical SPRL, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-European Crop Protection Association (ECPA) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.