Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Novembru 2007 - L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/06) 1

(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali - Teħid taċ-ċereali mill-aġenziji ta' intervent - Tisħiħ tal-kriterji tal-kwalità tal-qamħ ir-rum - Introduzzjoni ta' kriterju ġdid ta' l-użin speċifiku għall-qamħ ir-rum - Ksur ta' l-aspettattivi leġittimi - Żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' l-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, R. Somssich u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u Z. Pataki, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1572/2006, tat-18 ta' Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000, li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta' ċereali mill-aġenziji ta' l-intervent u li jippreskrivi l-metodi ta' l-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (ĠU 2006, L 290, p.29).

Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1572/2006, tat-18 ta' Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess [għat-teħid] ta' ċereali mill-aġenziji ta' l-intervent u li jippreskrivi l-metodi ta' l-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali huma annullati, jiġifieri:

-    fl-Artikolu 1(1), il-kliem "u, fil-każ tal-qamħ ir-rum, il-metodi tradizzjoni applikabbli";

fl-Artikolu 1(3)(b), il-kliem "73 kg/el għall-qamħ ir-rum";

-    fil-linja "E. Użin speċifiku minimu (kg/el)" tat-tabella tal-punt 1 ta' l-Anness, il-valur "71" għall-qamħ ir-rum;

-    fit-tabella III fil-punt 2 ta' l-Anness, il-valuri ta' tnaqqis tal-prezz ta' l-intervent għall-qamħ ir-rum.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 326 30.12.2006.