Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 – Tiendanimal vs EUIPO (CRIADORES)

(Kawża T-314/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Tiendanimal Comercio Electronico de Articulos para Mascotas, SL (Málaga, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CRIADORES – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 186 334

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 798/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata fil-klassijiet 5 u 31;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________