Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Bodson et vs BEI

(Kawża T-241/14 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol – Remunerazzjoni – Riforma tas-sistema ta’ primjums tal-BEI – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żnaturament – Żbalji ta’ liġiˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza), Didier Dulieu (Roussy-le-Village, Franza), Marie-Christel Heger (Nospelt, il-Lussemburgu), Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu), Manuel Sutil (Lussemburgu), Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) u Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014, Bodson et vs BEI (F-83/12, ĠabraSP, EU:F:2014:15), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

J-P. Bodson u l-appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 223, 14.7.2014.