Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Ergotopia vs EUIPO (WellBack)

(Kawża T-388/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni WellBack – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ergotopia GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Biesterfeld-Kuhn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2023 (Każ R 36/2023-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ergotopia GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 296, 21.8.2023.