Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Frar 2014 – Nannoka Vulcanus Industries BV vs College van gedeputeerde staten van Gelderland

(Kawża C-81/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nannoka Vulcanus Industries BV

Konvenuta: College van gedeputeerde staten van Gelderland

Domandi preliminari

L-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur ta’ stallazzjonijiet li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi, u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi definit il-punt ta’ riferiment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, għandu jkun jista’, meta l-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu jinkludu ftit jew ebda solventi jkunu għadhom qed jiġi żviluppati, jibbenefika minn estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, b’deroga mill-perijodu stabbilit fl-imsemmi anness?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

Estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, kif prevista mill-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, tirrikjedi t-twettiq ta’ att partikolari mill-operatur tal-istallazzjonijiet ikkonċernati jew awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti?

Abbażi ta’ liema kriterji jista’ jiġi stabbilit it-tul tal-estensjoni tat-terminu previst fl-Anness II B tad-Direttiva 1999/13?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4 , p. 118.