Language of document : ECLI:EU:T:2009:261





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 – JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill

(Kawża T‑348/05 INTP)

“Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza”

Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 231 KE, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 129) (ara l‑punti 3-7)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008 (T‑348/05).

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-10 ta’ Settembru 2008, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il‑Kunsill (T‑348/05) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r‑Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r‑Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.

2)

JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom.

3)

L-oriġinal ta’ din is-sentenza għandu jiġi anness mal-oriġinal tas-sentenza li ġiet interpretata, u fil-marġni tagħha għandha ssir referenza għas-sentenza preżenti.