Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-13/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Bażi legali – Ksur tad-dritt internazzjonali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Post Bank Iran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), u tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tieni nett, id-deċiżjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti “li tinsab” f’ittra tad-29 ta’ Ottubru 2010, it-tielet nett, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn jistgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni tar-rikorrenti, ir-raba’ nett, id-deċiżjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti “li tinsab” f’ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, il-ħames nett, l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti, u, is-sitt nett, ta’ kull leġiżlazzjoni futura jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkumplimenta jew li temenda waħda mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, fir-rigward tar-rikorrenti, tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010, tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 19, p. 22), tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012, tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda lid-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 282, p. 58), tal-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament Nru°267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71).Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament ta’ kull leġiżlazzjoni futura jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kummissjoni Ewropea li tikkumplimenta jew temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.2)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni la dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-Post Bank Iran “li jinsabu” fl-ittri tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011 u lanqas dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajjma mill-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, biss kontra talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni fir-rigward tal-Post Bank Iran “li jinsabu” fl-ittra tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2010.3)    L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (U

E) Nru 961/2

010, huma annullati, sa fejn dawn jirrigwardaw lil Post Bank Iran.4)    L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Post Bank Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-

annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda l-Post Bank Iran.5)    Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Post Bank Iran.6)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.