Language of document : ECLI:EU:T:2012:661

Kawża T‑15/11

Sina Bank

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bħala prevenzjoni mill-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012

1.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Att purament informattiv — Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti — Setgħa diskrezzjonali — Limiti

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113)

3.      Eċċezzjoni ta’ illegalità — Natura inċidentali — Rikorrent li jiddisponi mid-dritt li jippreżenta rikors għal annullament kontra l-att li huwa s-suġġett tal-eċċezzjoni, iżda li ma jagħmilx użu minnu — Impossibbiltà li tiġi invokata inċidentalment l-illegalità

(Artikolu 277 TFUE)

4.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi insostenn ta’ din l-eċċezzjoni ta’ illegalità li ma ġewx esposti fir-rikors — Inammissibbiltà tal-eċċezzjoni

(Artikoli 263 TFUE u 277 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

5.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża — Inammissibbiltà

(Artikolu 296 TFUE)

6.      Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata

(Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, Artikoli 20(1)(b) u 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikoli 16(2)(a) u 36(3))

7.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Dħul fis-seħħ tal-annullament tar-regolament mill-iskadenza tat-terminu tal-appell jew ta’ meta jiġi miċħud — Applikazzjoni ta’ dan it-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-annullament tad-deċiżjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264 TFUE, u l-Artikolu 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 30)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 41)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 43)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 56, 62, 74)

6.      Sabiex jeżonera ruħu b’mod korrett mill-obbligu tiegħu li jimmotiva att li jimponi miżuri restrittivi kontra persuni, entitajiet jew organi, il-Kunsill għandu jiddikjara l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom tibbaża l-ġustifikazzjoni legali għal dawn il-miżuri u l-kunsiderazzjonijiet li wassluh biex jeħodhom. Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, il-motivazzjoni għal tali att għandha tibbaża ruħha mhux biss fuq l-applikazzjoni legali ta’ miżuri restrittivi, iżda wkoll fuq ir-raġunijiet speċifiċi u konkreti li l-Kunsill jikkunsidra, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu, li l-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal dawn il-miżuri.

B’mod partikolari, għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, r-raġunijiet individwali u speċifiċi li l-Kunsill għandu l-obbligu li jagħti, skont tal-Artikolu 24(3) tad-Deċiżjoni 2010/413 u l-Artikolu 36(3) tar-Regolament Nru 961/2010, huma dawk li għandhom x’jaqsmu mal-inklużjoni ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi fil-listi tad-destinatarji tal-miżuri restrittivi, jiġifieri, skont il-każ, il-parteċipazzjoni, l-assoċjazzjoni diretta jew is-sostenn dirett għall-proliferazzjoni nukleari jew, fil-każ ta’ entitajiet li jkunu miżmuma, ikkontrollati jew li jaġixxu f’isem jew fuq l-istruzzjonijiet, dawk li wassluh li jqies li l-kundizzjoni taż-żamma, tal-kontroll jew tal-aġir f’isem jew fuq struzzjoni ta’ ħaddieħor kienet issodisfatta.

Għalhekk, miżura ta’ ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi adottata mill-Kunsill ma tistax tiġi kkunsidrata suffiċjentement immotivata jekk il-Kunsill ma jsemmix punti tal-fatt u tal-liġi li wassluh biex jikkunsidra, skont il-każ, li l-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat li pparteċipaw, kienu direttament assoċjati ma jew sostnew il-proliferazzjoni nukleari jew li din il-persuna, din l-entità jew dan il-korp kienu miżmuma, ikkontrollati jew kienu qed jaġixxu f’isem jew fuq l-istruzzjoni ta’ persuna, ta’ entità jew ta’ korp li pparteċipat, li hija assoċjata direttament jew li tappoġġja l-proliferazzjoni nukleari.

(ara l-punti 66-69)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 84-89)