Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Mengozzi vs UASI – Consorzio per la Tutela dell’Olio Extravergine di Oliva Toscano (TOSCORO)

(Kawża T-510/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Mengozzi (Monako, Monako) (rappreżentant: T. Schuffenecker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio per la Tutela dell’Olio Extravergine di Oliva Toscano IGP (Firenze, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “TOSCORO” Trade mark Komunitarja Nru 2 752 509

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 322/2014-2

Talbiet

tikkonferma parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tannullaha f’dik il-parti fejn iddikjarat li r-reġistrazzjoni għal trade mark komunitarja hija invalida fir-rigward tal-prodotti “żjut u xaħmijiet li jittieklu, żjut veġetali li jittieklu, b’mod partikolari żjut taż-żebbuġa” kif ukoll “kremi taż-żebbuġ aħdar u iswed”;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell;tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni fil-kawża.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 7(1)(k) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament EU Nru 1151/2012;Ksur tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 1151/2012;Ksur tal-Artikolu 15 tal-Ftehim TRIPs.

____________