Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Κanellopoulos, Ε. Leftheriotou, O. Τsircinidou u Α.-Ε. Vasilopoulou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni kkontestata tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2015 “li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)1 ”, sa fejn ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-infiq imġarrab fil-qasam tal-għajnuna diretta diżakkoppjata fis-snin ta’ talbiet 2009, 2010 u 2010 u fil-qasam tal-kundizzjonalità fis-sens ta’ talbiet 2011, u minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tħallas lir-Repubblika Ellenika s-somma ta’ 10460.42 EUR, fuq il-bażi tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-632/11, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, skont il-fatti esposti fir-rikors u l-argumenti mressqa fil-motivi insostenn tal-annullament; u

tikkundanna lil-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-korrezzjoni finanzjarja li qed tiġi imposta fil-kuntest tal-iskema tal-għajnuna diretta diżakkoppjata, ir-Repubblika Ellenika tibbaża ruħha fuq erba’ motivi insostenn tal-annullament.

L-ewwel motiv insostenn tal-annullament huwa mressaq fir-rigward tal-korrezzjoni fissa ta’ 25 % minħabba nuqqasijiet fid-definizzjoni u fil-verifika ta’ mergħat permanenti għas-snin ta’ talba 2009, 2010 u 2011, skont interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004 2 (u l-Artikolu 2(c) suċċessur tiegħu tar-Regolament Nru 1120/2009 3 ).

It-tieni motiv insostenn tal-annullament huwa wkoll imressaq fir-rigward tal-korrezzjoni fissa ta’ 25 % minħabba nuqqasijiet fid-definizzjoni u fil-verifika ta’ mergħat permanenti għas-snin ta’ talba 2009, 2010 u 2011, skont interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida, fir-rigward ta’ jekk il-kundizzjonijiet prestabbiliti għall-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 25 % ġewx issodisfatti – nuqqas ta’ motivazzjoni – il-fatt li l-Kummissjoni qabżitx il-limiti tad-diskrezzjonalità tagħha u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tielet motiv insostenn tal-annullament huwa mressaq fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ korrezzjoni fissa ta’ 5 % minħabba nuqqasijiet fis-sistema ta’ identifikazzjoni ta’ porzjonijiet ta’ art (LPIS) fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tagħha (2009), fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida – il-fatt li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tad-diskrezzjonalità tagħha u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-raba’ motiv insostenn tal-annullament huwa mressaq fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ korrezzjonijiet fissi għal nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fil-post u, speċifikament, b’relazzjoni mal-korrezzjoni ta’ 2 % fir-rigward tal-ineffettività ta’ analiżi tar-riskju għas-sena ta’ talba 2010, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 31 (2) tar-Regolament Nru 1122/2009 4 u tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 796/2004 – ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.Barra minn hekk, fir-rigward tal-kapijiet l-oħra tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni qed jitressqu l-motivi insostenn tal-annullament li ġejjin:Il-ħames motiv insostenn tal-annullament jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja fissa ta’ 2 % li qed tiġi imposta fil-kuntest tal-iskema ta’ kundizzjonalità għas-sena ta’ talba 2011, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006 u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 - motivazzjoni insuffiċjenti – żbalji fattwali, fir-rigward tal-korrezzjoni fissa ta’ 2 % għas-sena ta’ talba 2011.Is-sitt motiv insostenn tal-annullament jikkonċerna l-ammont li għandu jiġi rrimborsat lir-Repubblika Ellenika b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-632/11, fuq il-bażi tal-ksur tal-Artikoli 266 u 280 TFUE fid-dawl tad-dmir tal-Kummissjoni li tieħu miżuri sabiex tiżgura li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tiġi eżegwita, filwaqt li ma ngħatat l-ebda motivazzjoni għan-nuq

qas ta’ rimbors tas-somma ta’ 10460.42 EUR lir-Repubblika Ellenika, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-632/11.

____________

1 ĠU 2015 L 182, p. 39. Regolamen

t tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (Edizzjoni Speċjali bil-Malti,

Kapitolu 3, Vol., 44, p. 243). Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (ĠU 2009 L 316, p. 1). Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta’ 30 ta’ Novembru 2009

l

i

jistabbilixxi regoli de

ttaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009 L 316, p. 65). Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal

-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 162-MT). Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005 L 209, p. 1).