Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Awwissu 2016 – Fontem Holdings 4 vs EUIPO (BLU ECIGS)

(Kawża T-511/15)1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoniˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fontem Holdings 4 BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment A. Poulter, sussegwentement A. Dykes u D. Stone, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 2697/2014-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Dispożittiv

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Fontem Holdings 4 BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1 ĠU C 363, 3.11.2015.