Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – Mengozzi vs EUIPO – Consorzio per la tutela dell’olio extravergine di oliva toscano (TOSCORO)

(Kawża T-510/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TOSCORO – Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti ‘Toscano’ – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Mengozzi (Monako, Monako) (rappreżentant: T. Schuffenecker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u S. Crabbe, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consorzio per la tutela dell’olio extravergine di oliva toscano IGP (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Albisinni, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 322/2014-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Consorzio per la tutela dell’olio extravergine di oliva Toscano IGP u R. Mengozzi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Roberto Mengozzi huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u mill-Consorzio per la tutela dell’olio extravergine di oliva Toscano IGP.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 354, 26.10.2015.