Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Kessel medintim vs EUIPO – Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T-509/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Premeno – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti Pramino – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti – Dritt għal smigħ – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kessel medintim GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u U. Staudenmaier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Janssen Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wenz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 349/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Janssen-Cilag u Kessel medintim.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kessel medintim GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 354, 26.10.2015.