Language of document : ECLI:EU:T:2017:60





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Frar 2017 – Kessel medintim vs EUIPO – Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T-509/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Premeno – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti Pramino – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti – Dritt għal smigħ – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 22, 23)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Eżekuzzjoni ta’ sentenza li tannulla deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell – Eżami ġdid ta’ rikors – Rispett tad-drittijiet tad-difiża

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 25, 26, 28)

3.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punt 32)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(Ara l-punti 41-43, 72)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti – Prodotti farmaċewtiċi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 59, 60)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali Premeno u Pramino

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 69, 71, 76, 77)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 349/2015‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Janssen-Cilag u Kessel medintim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kessel medintim GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.