Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/15) 1

(“FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Regolament (KE) Nru 2200/96, Direttiva 2002/55/KE, Regolamenti (KE) Nru 1432/2003, (KE) Nru 1433/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 885/2006, (KE) Nru 1182/2007, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (UE) Nru 1306/2013 – Infiq imġarrab mill-Polonja – Riskju għall-FAEG – Kontrolli fuq il-post – Kriterji għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi – Diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi – Korrezzjoni finanzjarja”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Straś, M. Pawlicka u B. Paziewska, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Stobiecka Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 4076) (ĠU 2015, L 182, p. 39).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 354, 26.10.2015.