Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-508/15) 1

(“FAEGG, FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imġarrab mil-Litwanja – Għajnuna għall-irtirar kmieni – Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 – Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Kunċett ta’ eżerċizzju ta’ attività agrikola kummerċjali – Rabta mal-kunċett ta’ rziezet ta’ semi sussistenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, M. Palionis, T. Lozoraitis, R. Krasuckaitė u A. Petrauskaitė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u J. Jokubauskaitė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), inkwantu din imponiet fuq ir-Repubblika tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 5 %, u b’hekk teskludi l-ammont ta’ EUR 1 938 300.08 mill-finanzjament imħallas abbażi tal-miżura “Irtirar Kmieni” matul il-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Ottubru 2010 u l-15 ta’ Ottubru 2013.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 371, 9.11.2015.