Language of document : ECLI:EU:T:2018:828





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat22 ta’ Novembru 2018 – IlLitwanja vs IlKummissjoni

(Kawża T508/15)

“FAEGG, FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imġarrab mil-Litwanja – Għajnuna għall-irtirar antiċipat – Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 – Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Kunċett ta’ eżerċizzju ta’ attività agrikola kummerċjali – Rabta mal-kunċett ta’ rziezet ta’ semi sussistenza”

1.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013)

(ara l-punti 52‑55)

2.      Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(ara l-punt 56)

3.      Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Mekkaniżmu ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni – Regolamenti Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 – Kundizzjonijiet għall-għoti – Eżerċizzju ta’ attività agrikola għal finijiet kummerċjali qabel iċ-ċessjoni tal-attività agrikola – Obbligu ta’ eżerċizzju effettiv tal-attività waqt il-perijodu li jippreċedi ċ-ċessjoni

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1257/1999, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 11(1), u Nru 1698/2005, Artikolu 23(2)(b))

(ara l-punti 6669)

4.      Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Mekkaniżmu ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni – Regolamenti Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 – Kundizzjonijiet għall-għoti – Eżerċizzju ta’ attività agrikola għal finijiet kummerċjali qabel iċ-ċessjoni tal-attività agrikola – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1257/1999, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 11(1), u Nru 1698/2005, Artikolu 23(2)(b))

(ara l-punti 72, 84, 87)

5.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru – Applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa– Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(2))

(ara l-punti 108‑113)

6.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Proċedura – Proċedura ta’ konċiljazzjoni – Opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni – Nuqqas ta’ effett vinkolanti

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 885/2006, Artikolu 12)

(ara l-punt 114)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat‑22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), inkwantu din imponiet fuq ir-Repubblika tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 5 %, u b’hekk teskludi l-ammont ta’ EUR 1 938 300.08 mill-finanzjament imħallas abbażi tal-miżura “Irtirar Antiċipat” matul il-perijodu ta’ bejn is‑16 ta’ Ottubru 2010 u l‑15 ta’ Ottubru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.