Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2011 - Sarc vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-488/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scheepsbouwkundig Advies- en Rekencentrum (SARC) BV (Bussum, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Speyart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 642 finali, tal-10 ta' Mejju 2011, mogħtija fil-proċeduri dwar għajnuna mill-Istat NN 68/2010, li tiddikjara li l-għajnuna mogħtija ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat; u
tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li
l-Kummissjoni naqset milli tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFEU minkejja li kien imissha fetħitha;
2. It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li
l-Kummissjoni, f'sottomissjoni sussegwenti, naqset milli tassoċja lil SARC fl-evalwazzjoni preliminari tagħha b'mod suffiċjenti;
3. It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li
il-Kummissjoni ma applikatx kif suppost l-Artikolu 107 (1) TFEU;
4. Ir-raba' motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li
il-Kummissjoni naqset milli tordna lill-awtoritajiet Olandiżi sabiex jissottomettu evalwazzjoni jew sabiex jordnaw evalwazzjoni indipendenti, minkejja li kien imissha għamlet hekk;
5. Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li
il-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet suffiċjenti sabiex issostni d-deċiżjoni tagħha sal-livell meħtieġ.
____________