DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)
20 ta’ Novembru 2012
Kawża T‑491/11 P
Luigi Marcuccio
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Tul tal-proċedura li għandha bħala għan ir-rikonoxximent ta’ invalidità permanenti parzjali – Dannu allegatament subit mill-appellant – Rimbors tal-ispejjeż li setgħu jiġu evitati – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”
Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-30 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F-14/10), u li għandu bħala għan l-annullament ta’ dan id-digriet.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.
Sommarju
1. Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Regolarizzazzjoni fl-istadju tar-risposta għall-ilment
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 25)
2. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata
3. Appell – Aggravji – Aggravju kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar l-ispejjeż – Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-aggravji l-oħra kollha
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(2))
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 24)
Referenza:
Il-Qorti Ġenerali: 18 ta’ Settembru 2003, Lebedef et vs Il-Kummissjoni, T‑221/02, ĠabraSP p. I A 211 u II 1037, punt 62
2. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 32)
Referenza:
Il-Qorti tal-Ġustizzja: 17 ta’ Diċembru 2009, Eżami mill-ġdid M vs EMEA, C‑197/09 RX-II, Ġabra p. I 12033, punti 39 sa 42
3. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 40)
Referenza:
Il-Qorti Ġenerali: 18 ta’ Ottubru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑515/09 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 59