Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2013 - Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI - Staccata (QUARTODIMIGLIO)

(Kawża T-76/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Staccata Srl (Como, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta' Novembru 2012 (Każ R 62/2012-5) fuq il-bażi li l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 ġie sodisfatt;

tordna lill-UASI u lil STACCATA S.r.l. ibatu l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi disinn ta' ġwienah estiżi bl-element verbali "QUARTODIMIGLIO" għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 18 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 260 597

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks figurattivi li jinkludu disinn ta' ġwienah estiżi u wħud minnhom l-element verbali "LONGINES" - Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 225 714, Reġistrazzjonijiet Internazzjonali Nru 401 319, Nru 529 334, Nru 610 902 u Nru 298 063 għal prodotti fil-klassijiet 9 u 14

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

____________