Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI - Staccata (QUARTODIMIGLIO QM)

(Kawża T-76/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva QUARTODIMIGLIO QM – Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ ġwienah estiżi u trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti LONGINES – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Staccata Srl (Côme, l-Italja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 62/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Staccata Srl.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Compagnie des montres Longines, Francillon SA hija kkundannara għall-ispejjeż.