Language of document : ECLI:EU:T:2015:72





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 —
Red Bull vs UASI — Sun Mark (BULLDOG)

(Kawża T‑78/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BULLDOG — Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti BULL u RED BULL — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Kunċett ta’ xebh kunċettwali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 56)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali BULLDOG — Trade marks verbali BULL u RED BULL (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 54, 60, 61)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 28, 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Novembru 2012 (Każ R 107/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Red Bull GmbH u Sun Mark Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Novembru 2012 (Każ R 107/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Red Bull GmbH u Sun Mark Ltd, hija annullata.

2)

It-talbiet ta’ Red Bull sabiex Sun Mark tiġi kkundannata għall-ispejjeż huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.