Language of document : ECLI:EU:T:2023:732


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Novembru 2023 – Galván Fernández-Guillén vs SRB

(Kawża T340/20) (1)

“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (MRU) – Riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español – Deċiżjoni tas-SRB li jirrifjuta li jagħti kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżura ta’ riżoluzzjoni – Dritt għall-proprjetà – Drittijiet tad-difiża – Valorizzazzjoni tad-differenza fit-trattament – Indipendenza tal-evalwatur”

1.      Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi tal-investiment – Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Portata – Talba għal kumpens tal-azzjonisti u l-kredituri – Evalwazzjoni ta’ fatti ta’ natura xjentifika u teknika kumplessi ħafna – Evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi – Setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Oneru tal-prova

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a))

(ara l-punti 35 sa 41)

2.      Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt għall-proprjetà – Portata – Falliment li qed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Skema ta’ riżoluzzjoni li tipprevedi żvalutazzjoni u konverżjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji tal-imsemmija istituzzjoni – Mekkaniżmu li jiżgura kumpens ġust għall-azzjonisti jew il-kredituri – Ammissibbiltà

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17(1); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikolu 76(1)(e))

(ara l-punti 53 sa 54)

3.      Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt għall-proprjetà – Portata – Falliment li qed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Skema ta’ riżoluzzjoni li tipprevedi żvalutazzjoni u konverżjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji tal-imsemmija istituzzjoni – Mekkaniżmu li jiżgura kumpens ġust għall-azzjonisti jew il-kredituri – Kriterji – Oneru tal-prova

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17(1); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikolu 76(1)(e))

(ara l-punti 56 sa 58)

4.      Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment – Proċedura ta’ riżoluzzjoni – Tipi ta’ valutazzjonijiet għall-finijiet tar-riżoluzzjoni – Kundizzjonijiet – Twettiq fl-istess ħin u mill-istess persuna indipendenti – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikolu 20(11) sa (16))

(ara l-punti 96 sa 98)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Portata – Prinċipji ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u ta’ kontradittorju – Inklużjoni – Applikazzjoni għal proċedura amministrattiva – Esklużjoni

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punti 145 sa 147)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

José María Galván Fernández-Guillén huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


1ĠU C 247, 27.7.2020.