Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Groupe Léa Nature vs UASI – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic)

(Kawża T-341/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SO’BiO ētic – Trade mark Komunitarja u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SO… ? – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Léa Nature (Périgny, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internactional Lda u Groupe Léa Nature SA.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1) hija annullata.L-UASI u Debonair Trading Internacional Lda huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż rispettiv

i tagħho

m, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Groupe Léa Nature SA.