Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio - L-Italja) – Azienda Agricola Ambrosi Nicola Giuseppe et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

(Kawża C-640/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Kwoti tal-ħalib – Imposti fuq l-eċċessi – Ħalib użat għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet li jgawdu minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) u intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi – Esklużjoni – Artikolu 32(a), Artikolu 39(1) u (2)(a), Artikolu 40(2) u Artikolu 41(b) TFUE – Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni – Validità)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Agricola Ambrosi Nicola Giuseppe, Azienda Agricola Castagna Giovanni, Soc. Azienda Agricola Castellani Enio, Nereo e Giuliano Ss, Azienda Agricola De Fanti Maria Teresa, Azienda Agricola Giacomazzi Vilmare, Soc. Azienda Agricola Iseo di Lunardi Giampaolo e Silvano Ss, Soc. Azienda Agricola Mastrolat di Mastrotto Franco e Luca Ss, Azienda Agricola Righetti Michele e Damiano, Azienda Agricola Scandola Stefano e Gianni, Azienda Agricola Tadiello Roberto, Azienda Agricola Turazza Mario, Azienda Agricola Zuin Tiziano, 2 B Società Agricola Srl, Azienda Agricola Fracasso Claudio, Azienda Agricola Pozzan Mirko

Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Dispożittiv

L-Artikoli 55, 65 u 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeskludux mill-kalkolu tal-kwoti nazzjonali għall-produzzjoni tal-ħalib u ta’ prodotti oħra mill-ħalib, kif ukoll mill-imposti fuq l-eċċessi, il-kwantitajiet ta’ ħalib użati għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet li jgawdu minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta u intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

L-eżami tat-tielet domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikoli 55, 65 u 78 tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 248/2008.

____________

1     ĠU C 399, 25.11.2019.